21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ sfera)

(Kawża T-625/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta sfera - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2015/C 311/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 168/2014-5), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta sfera bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wm. Wrigley Jr. Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.