16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Diapharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-620/14) (1)

([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2015/C 381/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Diapharm GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, N. Hußmann u T. Guttau, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)

Suġġett

Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Diapharm GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.