|
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/32 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Bionorica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-619/14) (1)
([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2015/C 381/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bionorica SE (Neumark, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, T. Guttau u N. Hußmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)
Suġġett
Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Bionorica SE hija kkundannata għall-ispejjeż. |