22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2015 – Vierling vs UASI – IP Leanware (BRAINCUBE)

(Kawża T-581/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 205/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yvonne Vierling (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: IP Leanware (Issoire, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ April 2014 (Każ R 1486/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yvonne Vierling u IP Leanware.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Yvonne Vierling hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 351, 06.10.2014.