|
23.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/58 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Nieminen vs Il-Kunsill
(Kawża T-464/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 - Dritt għal smigħ xieraq - Drittijiet tad-difiża - Portata tal-istħarriġ ġuridiku fl-ewwel istanza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi u ta’ żnaturament - Appell manifestament infondat fid-dritt”))
(2015/C 389/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Risto Nieminen (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J. N. Louis, sussegwentement minn J. N. Louis, avuati)
Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2014, Nieminen vs Il-Kunsill (F-81/12, Ġabra SP, EU:F:2014:50), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
R. Nieminen huwa kkundannat għall-ispejjeż. |