21.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Hipp vs UASI – Nestlé Nutrition (Praebiotik)

(Kawża T-315/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal revoka - Irtirar tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 429/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hipp & Co. (Sachseln, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, A. Wagner u S. Brandstätter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nestlé Nutrition GmbH (Franckfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2014 (Każ R 1171/2012-4 u Każ R 1326/2012-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Nestlé Nutrition GmbH u Hipp & Co.

Dispożittiv

1)

Ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Hipp & Co. u Nestlé Nutrition GmbH huma kkundannati jħallsu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom kif ukoll in-nofs tal-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.