27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Vestolit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vestolit GmbH (Marl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Greinacher, J. Martin u B. Scholtka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Vestolit GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.