27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))

(2015/C 245/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet (rappreżentanti: inizjalment A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, sussegwentement A. Reuter, C. Bürger, T. Christner u G. Müllejans, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

4)

Wirtschaftsvereinigung Stahl u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

5)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.