7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/66


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Advansa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 294/81)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Advansa GmbH (Hamm, il-Ġermanja); Akzo Nobel Industrial Chemicals GmbH (Ibbenbüren, il-Ġermanja); Aurubis AG (Hamburg, il-Ġermanja); CABB GmbH (Gersthofen, il-Ġermanja); CBW Chemie GmbH Bitterfeld-Wolfen (Bitterfeld-Wolfen, il-Ġermanja); CFB Chemische Fabrik Brunsbüttel GmbH & Co. KG (Brunsbüttel, il-Ġermanja); Clariant Produkte (Deutschland) GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja); Dow Olefinverbund GmbH (Schkopau, il-Ġermanja); Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH (Stade, il-Ġermanja); Dralon GmbH (Dormagen, il-Ġermanja); Ems-Chemie (Neumünster) GmbH & Co. KG (Neumünster, il-Ġermanja); Hahl Filaments GmbH (Munderkingen, il-Ġermanja); ISP Marl GmbH (Marl, il-Ġermanja); Messer Produktionsgesellschaft mbH Siegen (Sulzbach, il-Ġermanja); Messer Produktionsgesellschaft mbH Salzgitter (Sulzbach); Nabaltec AG (Schwandorf, il-Ġermanja); Siltronic AG (Munich, il-Ġermanja); Trevira GmbH (Bobingen, il-Ġermanja); Wacker Chemie AG (Munich); u Westfalen Industriegase GmbH (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Arhold, N. Wimmer, F. Wesche, L. Petersen u T. Woltering, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. Von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

3)

Advansa GmbH, Akzo Nobel Industrial Chemicals GmbH, Aurubis AG, Cabb GmbH, CBW Chemie GmbH Bitterfeld-Wolfen, CFB Chemische Fabrik Brunsbüttel GmbH & Co. KG, Clariant Produkte (Deutschland) GmbH, Dow Olefinverbund GmbH, Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH, Dralon GmbH, Ems-Chemie (Neumünster) GmbH & Co. KG, Hahl Filaments GmbH, ISP Marl GmbH, Messer Produktionsgesellschaft mbH Siegen, Messer Produktionsgesellschaft mbH Salzgitter, Nabaltec AG, Siltronic AG, Trevira GmbH, Wacker Chemie AG u Westfalen Industriegase GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.