7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/63


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Flachglas Torgau et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-276/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 294/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Flachglas Torgau GmbH (Torgau, il-Ġermanja); Saint-Gobain Isover G+H AG (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja); u Saint-Gobain Oberland AG (Bad Wurzach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u H. Janssen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

3)

Flachglas Torgau GmbH, Saint-Gobain Isover G+H AG u Saint-Gobain Oberland AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.