6.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/18 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Yoworld vs UASI – Nestlé (yogorino)
(Kawża T-246/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 221/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoworld SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 115/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn is-Société des produits Nestlé SA u Yoworld SA.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
2) |
Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs ta’ dawk esposti mill-konvenut. |