22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – Georgsmarienhütte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-176/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

2014/C 329/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Georgsmarienhütte GmbH (Georgsmarienhütte, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, Georgsmarienhütte vs Il-Kummissjoni (T-176/14 R) hija annullata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.