16.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/19 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-171/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Ittra tal-Kummissjoni li tinforma biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu ta’ talba għall-maħfra tad-dazji doganali - Talba intiża li tinkiseb deċiżjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”))
(2015/C 056/26)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Firma Léon Van Parys (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u M. van Beek, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2014, li tinforma lir-rikorrenti biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu tal-maħfra tad-dazji doganali previst mill-Artikolu 907 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), u min-naħa l-oħra, talba intiża li tinkiseb deċiżjoni li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 kien kompletament applikabbli fir-rigward tar-rikorrenti wara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, Ġabra, EU:T:2013:136).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Firma Léon Van Parys għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |