21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T-142/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw jew li ġejjin miċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

2014/C 235/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.