5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/40


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/14 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom - Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali) - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”])

2014/C 135/51

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aluminios Cortizo, SA (Padrón, Spanja); u Cortizo Cartera, SL (Padrón) (rappreżentant: A. Beiras Cal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, M. Afonso, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, b’mod partikolari, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4426 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/2011 (ex NN/2011, ex CP 137/2006) – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.