27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Antrax It vs EUIPO – Vasco Group (Termosifuni għal radjaturi)

(Kawżi magħquda T-828/14 u T-829/14) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw termosifuni għal radjaturi - Disinni preċedenti - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 1 quinquies tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Prinċipju ta’ imparzjalità - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Saturazzjoni tal-eċċellenza - Data ta’ evalwazzjoni”])

(2017/C 095/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Bullock, sussegwentement minn L. Rampini u S. Di Natale, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vasco Group NV, li qabel kienet Vasco Group BVBA (Dilsen, il-Belġju) (rappreżentant: J. Haber, avukat)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2014 (Każijiet R 1272/2013-3 u R 1273/2013-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vasco Group u Antrax It.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huwa miċħuda.

2)

Antrax It Srl hija kkundannata sabiex tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Vasco Group NV, inkluż dawk sostnuti minn Vasco Group għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-Każijiet R 1272/2013-3 u R 1273/2013-3.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.