14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung vs UASI (Cottonfeel)

(Kawża T-822/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali Cottonfeel - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 414/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung GmbH (Gerolstein-Müllenborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Straub, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2579/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Cottonfeel bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.