11.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Liu vs UASI – DSN Marketing (Basktijiet għal kompjuters li jistgħu jinġarru)
(Kawża T-813/14) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta basktijiet għal kompjuters li jistgħu jinġarru - Disinni preċedenti identiċi - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ novità fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Żvelar tad-disinni preċedenti qabel id-data ta’ prijorità - Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 6/2002”])
(2016/C 007/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Min Liu (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment R. Bailly, S. Zhang u Y. Zhang, sussegwentement Y. Zhang, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DSN Marketing Ltd (Crawley, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1864/2013-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn DSN Marketing Ltd u Min Liu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Min Liu huwa kkundannat għall-ispejjeż. |