|
14.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Tempus Energy u Tempus Energy Technology vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-793/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Suq tal-kapaċità fir-Renju Unit - Skema ta’ għajnuna - Artikolu 108(2) u (3) TFUE - Kunċett ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4(3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu bejn l-2014-2020 - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati”))
(2019/C 16/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tempus Energy Ltd (Worcester, ir-Renju Unit) u Tempus Energy Technology Ltd (Cheltenham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Derenne, J. Blockx, C. Ziegler u M. Kinsella, sussegwentement J. Derenne, J. Blockx u C. Ziegler u fl-aħħar nett J. Derenne u C. Ziegler, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, R. Sauer, K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Brodie u L. Christie, aġenti, assistiti minn G. Facenna, QC, sussegwentement S. Simmons, M. Holt, C. Brodie, u S. Brandon, aġenti, assistiti minn G. Facenna, QC, sussegwentement M. Holt, C. Brodie, u S. Brandon u D. Robertson, aġenti, assistiti minn G. Facenna, QC, u fl-aħħar nett S. Brandon, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 finali tat-23 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-iskema ta’ għajnuna relatata mas-suq ta’ kapaċità fir-Renju Unit, minħabba li l-imsemmija skema hija kompatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (għajnuna mill-Istat 2014/N-2) (ĠU 2014, C 348, p. 5)
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 finali tat-23 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-iskema ta’ għajnuna relatata mal-kapaċità fir-Renju Unit, minħabba li l-imsemmija skema hija kompatibbli mas-suq intern, abażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (għajnuna mill-Istat 2014/N-2), hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Tempus Energy Ltd u Tempus Energy Technology Ltd. |
|
3) |
Ir-Renju Unit għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |