18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2015 – Soprema vs UASI – Sopro Bauchemie (SOPRAPUR)

(Kawża T-763/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali SOPRAPUR - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Sopro - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 016/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Holding Soprema (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: M.-R. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: E. Scheffer u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sopro Bauchemie GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1370/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sopro Bauchemie GmbH u Holding Soprema.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Holding Soprema hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.