4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Etyam (ocean beach club ibiza)

(Kawża T-753/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ocean beach club Ibiza - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti ocean drive Ibiza-hotel u OCEAN THE GROUP - Annullament tad-trade mark preċedenti li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 243/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, F. Miazzetto u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Etyam, SL (Ibiza, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2293/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etyam u Ice Mountain Ibiza.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.