29.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2019 — Tweedale vs EFSA

(Kawża T-716/14) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati mal-istudji ta’ tossiċità stabbiliti fil-kuntest ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Interess pubbliku superjuri - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent”)

(2019/C 148/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Anthony C. Tweedale (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea għas-sigurtà tal-ikel (rappreżentanti: D. Detken, J. Tarazona, C. Pintado u B. Vagenende, aġenti, inizjalment assistiti minn R. van der Hout u A. Köhler, sussegwentement minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, sussegwentement A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, L. Swedenborg u F. Bergius, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-EFSA tas-16 ta’ Ottubru 2017 li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2014 u li tagħti aċċess parzjali għal żewġ studji ta’ tossiċità li jirrigwardaw is-sustanza attiva glifosat, stabbiliti fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1 u r-Rettifika ĠU 2018, L 111, p. 10),

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel tas-16 ta’ Ottubru 2017 li tannulla u tissostitwixxi d-deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2014 u li tagħti aċċess parzjali għal żewġ studji ta’ tossiċità li jirrigwardaw is-sustanza attiva glifosat, stabbiliti fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva hija annullata sa fejn l-EFSA tirrifjuta l-iżvelar ta’ dawn l-istudji kollha, bl-eċċezzjoni tal-ismijiet u tal-firem tal-persuni li jissemmew fihom.

2)

L-EFSA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Anthony Tweedale.

3)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014