13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – IPSO vs BĊE

(Kawża T-713/14) (1)

((“BĊE - Persunal tal-BĊE - Ħaddiema temporanji - Limitazzjoni tat-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Interess dirett u individwali - Interess ġuridiku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjoni sindakali rikorrenti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2017/C 046/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn B. Ehlers, I. Köpfer u M. López Torres, sussegwentement minn B. Ehlers, P. Pfeifhofer u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament ta’ att tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tat-20 ta’ Mejju 2014 li jillimita għal sentejn it-tul massimu li matulu l-BĊE jista’ juża s-servizzi tal-istess ħaddiem temporanju għall-kompiti ta’ natura amministrattivi u segretarjali u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u għall-kumpens għad-danni morali subit.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-20 ta’ Mejju 2014 li jillimita għal sentejn it-tul massimu li matulu l-BĊE jista’ juża s-servizzi tal-istess ħaddiem temporanju għall-kompiti ta’ natura amministrattiva u segretarjali hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll tliet kwarti tall-ispejjeż tal-Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO). L-IPSO għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.