3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Holistic Innovation Institute vs REA

(Kawża T-706/14) (1)

([“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-riċerka - Is-seba program qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġetti ZONeSEC u Inachus - Deċiżjoni li tirrifjuta l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti - Rikors għal annullament u għad-danni”])

(2017/C 104/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment R. Muñiz García, sussegwentement J. Marín López, avukati)

Konvenuta: Aġenzija eżekuttiva għar-riċerka (rappreżentanti: S. Payan Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn J. Rivas, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-direttur tar-REA tal-24 ta’ Lulju 2014 [ARES (2014) 2461172], intiża sabiex ittemm in-negozjati mar-rikorrenti u sabiex tiġi miċħuda l-parteċipazzjoni tagħha fil-proġetti Ewropej Inachus u ZONeSEC u, min-naħa l-oħra, bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għar-riżarċiment ta-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-esklużjoni tagħha mill-parteċipazzjoni fl-imsemmija proġetti u minħabba l-komunikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni dwarha wara l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Holistic Innovation Institute, SLU hija kkundannata għall-ispejjeż fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014.