31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-698/14) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni” (ESP DESIS III) - Klassifikazzjoni ta’ offerenti fil-proċedura ta’ kaskata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerti anormalment baxxi - Prinċipju ta’ kompetizzjoni libera - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”])

(2016/C 402/42)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment V. Christianos, I. Ampazis u M. Sfyri, sussegwentement M. Sfyri, avukati)

Konvenuti: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti, assistiti inizjalment minn E. Petritsi, E. Roussou u K. Adamantopoulos, sussegwentement minn E. Roussou u K. Adamantopoulos, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tikklassifika fir-raba’ u fit-tielet pożizzjoni, skont il-mekkaniżmu ta’ kaskata, l-offerti sottomessi mir-rikorrenti għal-lottijiet Nri 1 u 3 tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2013/029 – ESP DESIS III, dwar “Servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni”(ĠU 2013/S 19-0380314), u li teskludi l-offerta tagħhom għal-lott Nru 2 mill-imsemmija sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħtra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.