14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Novomatic vs UASI – Simba Toys (African SIMBA)

(Kawża T-687/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva African SIMBA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Simba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 098/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl, avukat)

Suġġett

Rikora ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2098/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Novomatic AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novomatic AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.