4.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Krka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-684/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ftehim ta’ liċenzja - Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”))
(2019/C 82/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Krka Tovarna Zdravil d.d. (Novo Mesto, is-Slovenja) (rappreżentanti: T. Ilešič u M. Kocmut, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn D. Bailey, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)) huwa annullat inkwantu jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Krka Tovarna Zdravil d.d għall-ftehimiet imsemmija f’dan l-artikolu. |
2) |
L-Artikolu 7(4)(a) tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali hija annullata. |
3) |
L-Artikoli 8 u 9 tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Krka Tovarna Zdravil. |
4) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |