|
4.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Lupin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-680/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”))
(2019/C 82/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lupin Ltd (Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: inizjalment M. Pullen, R. Fawcett-Feuillette, solicitors, M. Hoskins, QC, V. Wakefield, barrister u M. Boles, solicitor, sussegwentement M. Hoskins, V. Wakefield, M. Boles, K. Vernon u S. Smith, solicitors, u fl-aħħar nett M. Hoskins, V. Wakefield, S. Smith u C. Wall, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, B. Mongin u T. Vecchi, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Rayment, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament tal-multa imposta fuqha mill-imsemmija deċiżjoni jew it-tnaqqis tal-ammont tagħha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Lupin Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |