23.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Bayerische Motoren Werke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna reġjonali għall-investiment - Għajnuna mill-Ġermanja għal proġett kbir ta’ investiment ta’ BMW f’Leipzig dwar il-produzzjoni ta’ żewġ mudelli ta’ vetturi elettriċi (i3 u i8) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Artikolu 108(2) u (3) TFUE - L-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna - Neċessità tal-għajnuna”))
(2017/C 357/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Rosenthal, G. Drauz u M. Schütte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Erlbacher, T. Maxian Rusche u R. Sauer, sussegwentement T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Lübbig u K. Gaßner, avukati) (rappreżentanti: T. Lübbig u K. Gaßner, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjalment tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4531 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 32009 (2011/C) (ex 2010/N), li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja qiegħda tippjana li tagħti lil BMW għal proġett kbir ta’ investiment f’Leipzig.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Bayerische Motoren Werke AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Freistaat Sachsen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |