8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – AF Steelcase vs EUIPO

(Kawża T-652/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista u installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-EUIPO - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ għoti - Assenza ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Proporzjonalità - Sistema ta’ esklużjoni ta’ offerti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu materjali - Dannu morali”))

(2016/C 287/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: AF Steelcase MA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Rodríguez Bajón u A. Gómez-Acebo Dennes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u M. Paolacci, sussegwentement N. Bambara u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista u l-installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-EUIPO (ĠU 2014/S 023-035020) u tad-deċiżjonijiet konnessi mad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti, inkluża, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta’ għoti, kif ukoll talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fl-istadju ta’ qabel id-deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 2014 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AF Steelcase, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.