25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW)

(Kawża T-647/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva DUALSAW - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2016/C 027/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infusion Brands, Inc (Myerlake Circle Clearwater, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentement H. O’Neill u R. Rajh, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2014 (Każ R 397/2014-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv DUALSAW bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Infusion Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.