23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Dellmeier vs UASI – Dell (LEXDELL)

(Kawża T-641/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LEXDELL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti DELL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Ksur tal-karattru distintiv jew tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 389/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alexandra Dellmeier (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Khöber, sussegwentement H. Eckermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dell, Inc. (Round Rock, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck u E. Nicolás Gómez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014 (Kawża R 966/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dell, Inc., u Alexandra Dellmeier.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alexandra Dellmeier hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014