25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (FORTIFY)

(Kawża T-628/14) (1)

([“Trade mark Komnunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FORTIFY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2016/C 027/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Dallas, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2014 (Kawża R 249/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FORTIFY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hewlett Packard Development Company LP għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.