4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – provima Warenhandels GmbH vs UASI Renfro (HOT SOX)

(Kawża T-543/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali HOT SOX - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 118/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: provima Warenhandels GmbH (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Prange u J.P. Croll, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Renfro Corp. (Mount Airy, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: C. Schenk, M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1859/2013-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn provima Warenhandels GmbH u Renfro Corp.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

provima Warenhandels GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.