31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT

(Kawża T-481/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi dwar l-iżvilupp ta’ pjattaforma ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u tal-għarfien - Servizzi ta’ żvilupp ta’ softwer u ta’ manteniment ta’ disponibbiltà u ta’ effettività ta’ servizzi tal-informatika - Rifjut li l-offerta ta’ offerent tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni - Kriterji ta’ selezzjoni - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Aċċess għal dokumenti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2016/C 402/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment E. Siouti u M. Sfyri, sussegwentment M. Sfyri u A. Lymperopoulou, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (rappreżentanti: inizjalment M. Kern, B. Győri-Hartwig u P. Juanes Burgos, sussegwentement B. Győri-Hartwig u P. Juanes Burgos, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, b’mod partikolari, tad-deċiżjoni tal-EIT tal-14 ta’ April 2014 li tikklassifika l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna servizzi tal-informatika u servizzi relatati fit-tieni pożizzjoni, kif ukoll tal-ittra tal-EIT tal-25 ta’ April 2014, li permezz tagħha dan irrifjuta li jikkomunika l-ismijiet tal-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża li jinkiseb kumpens għal dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.