17.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – ABB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-445/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Prodotti kkonċernati - Iddistakkar pubbliku - Tul tal-parteċipazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))
(2018/C 328/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ABB Ltd (Zürich, l-Isvizzera) u ABB AB (Västerås, l-Isvezja) (rappreżentanti: I. Vandenborre u S. Dionnet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet u J. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn A. Bodnar, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
ABB Ltd u ABB AB huma kkundannati għall-ispejjeż. |