17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Furukawa Electric vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Furukawa Electric Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: C. Pouncey, A. Luke u L. Geary, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn M. Johansson, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Viscas Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

Furukawa Electric Co. Ltd hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3.

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.