17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Brugg Kabel u Kabelwerke Brugg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-441/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2018/C 328/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brugg Kabel AG (Brugg, l-Isvizzera) u Kabelwerke Brugg AG Holding (Brugg) (rappreżentanti: A. Rinne, A. Boos u M. Lichtenegger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Leupold, H. van Vliet u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn A. Israel, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.