18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Neka Novin vs Il-Kunsill

(Kawża T-436/14) (1)

((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni kkonċernati - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità))

(2017/C 121/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Neka Novin Co., Private Joint Stock (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: L. Vidal, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 236 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jżomm l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011 (ĠU 2011, L 136, p. 65), u fuq dik fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1), kif ikkomunikata permezz ta’ avviż tal-15 ta’ Marzu 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neka Novin Co., Private Joint Stock għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014