11.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2015 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-424/14 u T-425/14) (1)

((Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Abbozz ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt, rapport ta’ analiżi tal-impatt u opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali - Interess pubbliku superjuri))

(2016/C 007/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer, F. Heringa u J. Wolfhagen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2014 li tirrifjuta l-aċċess għal rapport ta’ analiżi tal-impatt dwar proġett ta’ strument vinkolanti li jistabbilixxi l-kuntest strateġiku ta’ proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza bbażati fuq ir-riskji u li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għal opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt, u min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2014 li tirrifjuta l-aċċess għal proġett ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam ambjentali fuq livell tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika ambjentali tal-Unjoni u għal opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

ClientEarth għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.