4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2016 – Coca-Cola vs UASI (Forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi)

(Kawża T-411/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 118/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone, A. Dykes, solicitors, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 540/2013-2), dwar proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjanali li jikkonsisti mill-forma ta’ flixkun immewweġ bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Coca-Cola Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.