4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – FCC Aqualia vs UASI – Sociedad General de Aguas de Barcelona (AQUALOGY)

(Kawża T-402/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AQUALOGY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUALIA u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti aqualia - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 118/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: FCC Aqualia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda de Sousa, N. González Alberto Rodríguez u C. Sueiras Villalobos, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja) rappreżentani: J. Grau Mora, C. Viola Zendrera u A. Torrente Tomás, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1209/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA u FCC Aqualia, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FCC Aqualia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.