31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – FIH Holding u FIH Erhvervsbank vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-386/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Settur bankarju - Għajnuna mogħtija lill-bank Daniż FIH, fil-forma ta’ trasferiment tal-assi żvalutati tiegħu lil sussidjarja ġdida u tax-xiri sussegwenti tagħhom mill-korp Daniż inkarigat li jiggarantixxi l-istabbiltà finanzjarja - Għajnuna mill-Istat favur banek f’perijodu ta’ kriżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna - Kriterju tal-investitur privat - Kriterju tal-kreditur privat - Kalkolu tal-ammont tal-għajnuna - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 402/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FIH Holding A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) u FIH Erhvervsbank A/S (Kopenħagen) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P. J. Loewenthal, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/884/UE, tal-11 ta’ Marzu 2014, dwar għajnuna mill-Istat SA.34445 (12/C) implimentata mid-Danimarka għat-trasferiment tal-assi relatati mal-proprjetà minn FIH għall-FSC (ĠU 2014, L 357, p. 89).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/884/UE, tal-11 ta’ Marzu 2014, dwar għajnuna mill-Istat SA.34445 (12/C) implimentata mid-Danimarka għat-trasferiment tal-assi relatati mal-proprjetà minn FIH għall-FSC, hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |