25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-371/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 027/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta u N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha isem ir-rikorrenti nżamm fuq il-listi tal-persuni u tal-entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 282, p. 58), u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 282, p. 16).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 261, 11,8,2014.