9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Accelerate (COLOMBIANO COFFEE HOUSE)

(Kawża T-359/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO COFFEE HOUSE - Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia - Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 371/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Accelerate s.a.l. (Bejrut, il-Libanu)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1200/2013-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia u Accelerate s.a.l.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1200/2013-5), hija annullata sa fejn din ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia.


(1)  ĠU C 253, 04.08.2014.