1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2015 – Comercializadora Eloro vs UASI – Zumex Group (zumex)

(Kawża T-354/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ZUMEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti JUMEX - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 038/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comercializadora Eloro, SA (Ecatepec, il-Messiku) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zumex Group, SA (Moncada, Spanja) (rappreżentant: M. C. March Cabrelles, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Frar 2014 (Każ R 391/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comercializadora Eloro, SA u Zumex Group, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Comercializadora Eloro, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.