31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-346/14) (1)

((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi legali - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Użu ħażin ta’ poter - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ inklużjoni fil-lista - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà))

(2016/C 402/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Kjev, Ukraine) (rappreżentanti: T. Beazley, P. Saini, S. Fatima, QC, H. Mussa, J. Hage, K. Howard, barristers, u C. Kennedy, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: inizjalment E. Finnegan u J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent) u il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2015, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (ĠU 2015, L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 24, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent ġie inkluż jew inżamm fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandhom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2015, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, fil-verżjonijiet inizjali tagħhom, huma annullati, sa fejn isem Viktor Fedorovych Yanukovych ġie inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fir-rigward tagħhom japplikaw dawn il-mużuri restrittivi, u dan sad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn V. Yanukovych, fir-rigward tat-talba għal annullament ifformulata fir-rikors.

4)

V. Yanukovych huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill, fir-rigward tat-talba għal annullament ifformulata fin-nota ta’ adattament tat-talbiet tiegħu.

5)

Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014