14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-341/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”))

(2016/C 098/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sergiy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraiana) (rappreżentanti: R. Gherson u T. Garner, solicitors, u B. Kennelly, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera San Miguel Hurtado u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876, tal-5 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119, (ĠU L 142, p. 30), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869, tal-5 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 142, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa iskritt fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Sergiy Klyuyev kien iskritt fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sergiy Klyuyev fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors.

4)

Sergiy Klyuyev huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament tat-talbiet.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.