8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2015 – Rezon vs UASI – mobile.international (mobile.de proMotor)

(Kawża T-337/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali mobile.de proMotor - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mobile - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 165(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 190/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rezon OOD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: P. Kanchev u T. Ignatova, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Frar 2014 (Każ R 950/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rezon OOD u mobile.international GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rezon OOD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.