14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Davó Lledó vs UASI – Administradora y Franquicias América u Inversiones Ged (DoggiS)

(Kawża T-335/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva DoggiS - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DoggiS - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DOGGIS u DOGGIBOX - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw lil persunaġġ fil-forma ta’ hot-dog - Provi komplementari ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))

(2016/C 098/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José-Manuel Davó Lledó (Cartagena, Spanja) (rappreżentanti: J. V. Gil Martí, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Administradora y Franquicias América, SA (Santiago, Ċili) u Inversiones Ged Ltda (Santiago)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1824/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Administradora y Franquicias América, SA u Inversiones Ged Ltda u, min-naħa l-oħra, José-Manuel Davó Lledó.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

José-Manuel Davó Lledó huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 04.08.2014